Fekruna tbid fil-bajja tal-Ġnejna

Nature Trust Malta

Fekruna komuni għadha kemm biedet fil-bajja tal-Ġnejna.

Dan ġie kkonfermat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wara li marret fuq is-sit sabiex tara x’inhi s-sitwazzjoni.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent intqal kif l-ERA ħadmet ukoll sabiex taċċerta li l-bajd ikunu sikuri.

Din hija t-tieni bejta kkonfermata fil-Ġnejna, bl-aħħar każ ikun fl-2012.

Il-Ministeru se jkun qed jipprovdi uffiċjali sabiex jassistu l-voluntiera li se jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta’ xiftijiet biex jieħdu ħsieb il-bejta 24 siegħa kuljum.

Jekk wieħed jara xi illegalitajiet mal-madwar tal-bejta għandu jirrapporta lill-ERA immedjatament fuq 99210404 jew info.era@era.org.mt.