Fekruna rikoverata minn Marsalforn tinħeles minn Għawdex stess

Fekruna bl-isem ta’ Jenna li ġiet salvata meta nqabdet fil-ħbula tas-sajd f’Marsalforn intelqet lura fil-baħar minn Ħondoq ir-Rummien. Permezz ta’ Nature Trust Malta din ingħatat il-kura li kien hemm bżonn u tfejqet mill-ġrieħi li kellha sabiex issa marret lura fl-ambjent naturali tagħha.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li lejn l-aħħar ta’ Lulju huwa mistenni li jfaqqsu l-bajd tal-fekruna li jinsabu fir-Ramla l-Ħamra li hija Blue Flag beach. Il-Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru  għall-Ambjent Aaron Farrugia għenu biex jitnaddaf qiegħ il-baħar mill-skart.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li permezz ta’ din l-attività informattiva u edukattiva organizzata mid-direttorat EkoGhawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kompla jikber l-għarfien dwar kif wieħed għandu jibża’ għall-ambjent, dan filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex din l-attività kienet suċċess.