Fekruna rari tinstab mejta f’Għawdex

Bubbles Dive Centre

Fekruna rari magħrufa bħala Leatherback, instabet mejta f’wiċċ l-ilma f’Għawdex ilbieraħ.

Skont post ta’ Bubbles Dive Centre, il-fekruna kienet għadha żgħira fl-età iżda kienet tiżen 190kg.

Fir-ritratti xokkanti li xerrdu fuq il-midja soċjali wrew il-ħsara kbira li qed jagħmel l-iskart uman, partikolarment il-plastik fil-baħar.

F’wieħed mir-ritratti jidher x’kellha l-fekruna fl-istonku tagħha, ritratt li juri biċ-ċar li kkunsmat ammont sostanzjali ta’ plastik li wassal sabiex joqtolha.

Għal din ir-raġuni appellaw sabiex it-tnaqqis tal-plastik jittieħed b’aktar serjeta, filwaqt li kull min jara xi plastik fil-baħar jiġbru immedjatament.