Fekruna oħra titla’ tbid fl-Għadira

Nature Trust / Facebook

Il-lejl li għadda, fl-Għadira, telgħet tbid fekruna oħra, it-tieni waħda f’din il-bajja dan is-sajf u r-raba’ waħda fil-Gżejjer Maltin.

Il-fekruna telgħet l-art għall-ħabta tad-9pm ilbieraħ, qrib il-bejta li diġà hemm fl-Għadira.

Iż-żewġ bejtiet l-oħra kienu fil-Bajja tal-Mixquqa u fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. F’Għawdex faqqsu 85 fekruna f’żewġ iljieli. Għadd ta’ voluntiera qegħdin joqogħdu għassa ma’ dawn il-bejtiet sabiex jaraw li l-fkieren ikunu siguri meta jfaqqsu.

L-għaqda Nature Trust irringrazzjat fuq Facebook lill-voluntiera, partikolarment lis-sitt persuni li ntebħu biha. Irringrazzjat ukoll lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li bagħtet uffiċjali tagħha fuq il-post mill-ewwel sabiex jieħdu ħsieb lill-fekruna waqt li tbid u raw li jagħmlulha post fil-magħluq fejn tkun sigura.

Amazing news!4th nesting turtle recorded tonight at about 9 pm. Close to existing Ghadira nest. Thanks to the 6 people…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Monday, August 10, 2020