Fekruna li ndarbet terġa’ lura fil-baħar

Fekruna li kienet inqabdet feruta f'Settembru tas-sena l-oħra reġgħet intelqet fil-baħar waqt attività edukattiva organizzata minn Nature Trust fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien. 
Il-fekruna tat-tip Caretta Caretta ta’ madwar ħames snin u li ngħatat l-isem ‘Luca’ ġiet mitluqa fil-bajja u b’suċċess imxiet mix-xtajta lejn il-baħar, il-habitat naturali tagħha. 
Uffiċjali ta’ Nature Trust ħadu l-opportunità għal sessjoni ta’ tagħlim dwar il-ħajja tal-fkieren u x’għandu jsir fejn dawn jinstabu f’diffikultà jew periklu. 
Ritratt: MGOZ