Fejn tkun qed togħsfor Jen?

Ritratt: Coldman Photography

Hekk kif issa deħlin lejn il-qofol tal-ġrajja li għexna flimkien ma’ Karen għal dawn l-aħħar xhur, minn episodju għal ieħor iktar qed nindunaw kemm il-kobba kibret! Mhux talli hemm bosta trufijiet li għadna mdendlin magħhom, iżda’ dejjem b’xi waħda ġdida! 

Fit-12-il episodju ta’ Elf Metodu il-produtturi ta’ din is-sensiela se jiffukkaw fuq il-karattru esplussiv u kkulurit ta’ Jen, element qawwi mit-Trio li tifforma flimkien ma’ Karen u Jo. Kienu bosta d-drabi fejn Karen ġiet bżonn l-għajnuna ta’ Jen u din għosfrot fix-xejn għal xi ġranet. Fejn qed tkun? Qed tgħid il-verita kollha? U x’jiġri meta Karen u Jo jindunaw x’qed tagħmel?! 

Mill-banda l-oħra Alistair għadu jara kif ser jipprova jeħles minn dik l-imbierka spycam li għandu moħbija għand Karen! Tgħid fadallu xi pjan biex imur u jiġbor l-istess kamera forsi jgħatti l-iżball madornali li għamel bħala uffiċċjal tal-ordni – basta ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-kollega tiegħu Maggie, li kważi kienet se tispiċċa ħażin taħt idejn Karen!

Minn issa ‘l quddiem, is-sorpriżi ma jieqfux.

Bħal dejjem, Elf Metodu jixxandar fuq l-istazzjon One fid-9.15pm