Fejn tista’ tagħti d-demm f’Ġunju?

Minkejja li beda l-istaġun tal-festi, il-ħidma tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella ma tiqafx.
Fi stqarrija spjegaw kif il-festi jġibu magħhom ukoll diżgrazzji speċjalment fejn jidħol il-logħob tan-nar li jistgħu jħallu vittmi jissieltu għal ħajjithom.
Filwaqt li talbu lil dawk li jaħdmu n-nar sabiex ikunu metikolużi u viġilanti fuq il-proċeduri tal-manifattura tal-logħob tan-nar, kif ukoll il-ħruq tiegħu, taw lista ta’ fejn wieħed jista’ jmur jagħti d-demm fil-jiem li ġejjin.

  • Kuljum, fiċ-ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa bejn 8am u 6pm
  • 3 ta’ Ġunju fil-Mobile Blood Donation Unit li se tkun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa bejn 8.30am u 1pm
  • 5 ta’ Ġunju fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex bejn 1pm u 5pm.
  • 7 ta' Ġunju fil-Mobile Blood Donation Unit li se jkun fil-Pjazza ta' Quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi bejn 8.30am u 1pm
  • 10 ta' Ġunju fil-Mobile Blood Donation Unit quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġwann mit-8.30am sas-1pm
  • 10 ta' Ġunju fil-Berġa tax-Xewkija mit-8am sas-1pm
  • 15 ta' Ġunju ġo Villa Bighi fil-Kalkara bejn 2pm u l-5pm
  • 17 ta' Ġunju fil-Mobile Blood Donation Unit qrib il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard bejn it-8.30am u s-1pm
  • 24 ta' Ġunju fil-Mobile Blood Donation Unit fi Pjazza Medjatriċi, maġenb il-Knisja Parrokkjali ta' Ħaż-Żabbar bejn it-8.30am u s-1pm
  • 24 ta' Ġunju fil-Berġa tax-Xewkija mit-8am sas-1pm

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.