Fejn tista’ ssir quddiesa tal-funeral?

Funeral

Il-Knisja llum ħarġet direttivi għal kif tista’ tibda ssir il-quddiesa tal-funerali, issa li mil-lum dawn huma permessi li jibdew isiru peress li Malta qed tillaxka wħud mill-miżuri preventivi meħudin minħabba l-coronavirus.

Waħda mid-direttivi hija li l-quddiesa tal-funeral trid issir fil-miftuħ, bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja jew fi knejjes kbar b’numru limitat ta’ nies. Il‑knejjes fejn jista’ jsir funeral huma dawk akbar minn 500 metru kwadru.

Għalhekk, mhux il-knejjes kollha huma kbar biżżejjed biex jospitaw din il-quddiesa.

Allura liema huma l-knejjes f’Malta fejn tista’ ssir quddiesa tal-funerali?

  • Il-Katidral tal-Imdina
  • Il-Bażilika tal-Isla
  • Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
  • Il-Bażilika tal-Mosta
  • Il-Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara
  • Il-Knisja Arċipretali tal-Furjana
  • Il-Knisja Arċipretali tal-Gudja
  • Il-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun
  • Il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa
  • Il-Knisja Arċipretali tal-Msida
  • Il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar
  • Il-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi
  • Il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi
  • Il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żabbar
  • Il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ
  • Il-Knisja Arċipretali taż-Żejtun
  • Il-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Gżira
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Balluta
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Birkirkara
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Fgura
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għargħur
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa
  • Il-Knisja Parrokkjali tat-Trinità Qaddisa, il-Marsa
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra
  • Il-Knisja ta’ Marija Omm il-Parir it-Tajjeb, Paceville
  • Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

U f’Għawdex?

  • Il-Katidral ta’ Għawdex
  • Is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Fontana
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Għasri
  • Il-Knisja Parrokkjali tan-Nadur
  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Qala
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ (Rabat)
  • Il-Knisja Parrokkjali tax-Xagħra
  • Il-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija
  • Il-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ

In‑numru ta’ persuni li jistgħu jidħlu fil‑knisja huwa ta’ 20 ruħ. F’bank wieħed, jistgħu jpoġġu sitt persuni mill-istess dar, imma persuni mhux mill-istess dar ma jistgħux ipoġġu fejn xulxin.

Ara l-kumplament tad-direttivi hawn:
Joħorġu d-direttivi dwar il-quddiesa tal-funerali

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn