Fejn sejra Maxine?

Sorelle 118
Sorelle episode 118

Fl-episodju tal-lum tas-sensiela Sorelle se naraw lil Janice iċċempel lil Gina. X’se tkun qed tistaqsiha? Għaliex kienet inkwetata ħafna?

Samantha se tkun qed iċċempel lil missierha bħal ma tagħmel kull ġimgħa. X’se tkun qed tgħidlu? U Norman tgħid fehemha jew le? X’se tgħidlu Bella?

X’se tkun qed tagħmel Maxine? Fejn se tmur?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Jixxandar fuq TVM fil-ħin tat-3pm, b’repetizzjoni fl-istess jum fil-11.35pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt jixxandru l-puntati kollha fuq TVM2 mill-11am ‘il quddiem. Il-produzzjoni hija ta’ Rewind.