Fejn se jmorru Meghan Markle u l-Prinċep Harry fl-ewwel mawra rjali?

Ġew ikkonfermati d-destinazzjonijiet tal-ewwel mawra rjali ta’ Meghan Markle u l-Prinċep Harry, id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex.

Fil-Ħarifa, huma se jżuru l-Awstralja, l-Fiji, it-Tonga u New Zealand.

B’hekk id-Duka u d-Dukessa se jkunu qed jimxu fuq il-passi tal-ġenituri tal-Prinċep Harry, li wkoll marru l-Awstralja u New Zealand għall-ewwel vjaġġ irjali tagħhom.

Iż-żjara tal-koppja f’Sydney se tinzerta fl-istess żmien tal-logħob Invictus tal-2018.

Il-koppja ġiet mistiedna b’invit mill-gvernijiet tal-Awstralja u New Zealand, filwaqt li se jżuru l-Fiji u t-Tonga fuq rikjesta tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u dak tal-Common Wealth.

Dan intqal fi stqarrija mill-Palazz ta’ Kensington.