Fejn intom, Għarajjex ta’ Santa Marija?

Is-sit tal-Facebook Malta Weather avża li dawn it-temperaturi sħan se jibqgħu sal-aħħar t’Awwissu.
Inti jista’ jkun wieħed minn dawk li temmen bl-Għarajjex ta’ Santa Marija, u hawnhekk se tingħata ftit raġun.
Fil-fatt is-sit jgħid li minn għada sa ftit wara Santa Marija t-temperatura se tinżel ftit minħabba pressjoni għolja u rjiħat qawwijin mill-Majjistral.
Iżda wara dan il-brejk, it-temperaturi mistennija jerġgħu jaqbdu s-sellum għal34 grad celsius, li jinħassu 40.
Ritratt: Arkivji