Fejn inħadmet il-postcard ta’ Michela għall-Eurovision?

Ritratt: Facebook

Hekk kif il-countdown beda biex nidħlu fil-ġimgħa tant mistennija tal-Eurovision Song Contest, ħafna aktar dettalji b’rabta ma’ dan l-avveniment, ikomplu joħorġu ftit ftit.

Waħda mill-attrazzjonijiet f’kull serata bla dubju tkun il-famuża postcard li nkunu nistgħu nsegwu fuq l-iskrin bejn kanzunetta u oħra li jkun qed jintroduċi l-artist li jkun se jipparteċipa.

Filwaqt li dawn hekk imsejħa postcards ikunu qed jintużaw biex sadattant jiġi preparat il-palk għall-wirja li tkun se ssegwi, l-istess postcard isservi wkoll bħala promozzjoni għall-pajjiżi li jkun qed jorganizza l-Eurovision.

Żeffiena prominenti mill-Iżrael taw is-sehem tagħhom għal dawn il-postcards li ġew iffilmjati bejn Frar u April hekk kif l-artisti parteċipanti kollha marru f’dan il-pajjiż biex saħansitra jidhru fil-filmat li fuq it-televiżjoni jidher għal madwar 40 u 60 sekonda.

Dawn il-postcards saru b’direzzjoni ta’ Karen Hochma, l-istess persuna wara l-vidjo mużikali ta’ Toy, il-kanzunetta rebbieħa fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

U jekk forsi tiġikom ftit kurżita dwar f’liema lokalitajiet fl-Iżrael inġibu dawn il-postcards, inkluż dik ta’ Malta, hawnhekk issibu l-lista sħiħa:

Ritratt: Facebook

Albanija – Banias Nature Reserve
Armenja – Masada National Park
Awstralja – Jaffa
Awstrija – Tel Aviv Bauhaus
Ażerbajġan – Gan HaShlosha (Sahne)
Belarussja – Ġerusalemme (Rockefeller  Archaeological Museum)
Belġju – Mitzpe Ramon
Kroazja – Ġerusalemme (The Israel Museum)
Ċipru –Eilat
Repubblika Ċeka – Caesarea
Danimarka – Ġerusalemme
Estonja – Tel Aviv Beach
Finlandja – Ramat Gan ( Financial District)
Franza – Tel Aviv Museum of Art
Gorġja – Acre
Ġermanja – Sea of Galilee
Greċja – Ġerusalemme (Van Leer Institute)
Ungerija – Beit Guvrin National Park
Islanda – Beit She’an National Park
Irlanda – Eylot (Palm Plantation)
Iżrael – Ġerusalemme
Italja – Ashdod Port
Latvja – Tel Aviv (Suzanne Dellal Center for Dance and Theater)
Lithwanja – Habonim Beach
Maċedonja ta’ Fuq – Carmel Forest
Malta – Timna Park
Moldova – Zichron Yaakov’s Wineries
Montenegro – Mikhmoret Beach
Norveġja – Judean Desert
Polonja – Ġerusalemme (Mishkenot Sha’ananim)
Portugall – The Dead Sea
Rumanija – Mount Hermon
Russja – Ġerusalemme (Tower of David)
San Marino – Ashalim (Solar Thermal Power Station)
Serbja – Ein Zivan (Cherry Blossom)
Slovenja – Ruhama Badlands
Spanja – Haifa
Żvezja – Tel Aviv Port
Żviżżera – Israel Philharmonic Orchestra
Olanda – Mount Arbel
Renju Unit – Haifa (Bahai Gardens)

Bħala togħma żgħira ta’ dak li għandkom tistennew, tistgħu ssegwu l-filmat promozzjonali ta’ dawn il-postcards hawnhekk: