Fejn għandek tmur tgħum biex tevita l-bram?

Jekk sejjer tgħum illum, hemm numru ta’ bajjiet li huma aktar sikuri biex tevita milli takkwista xi gidma ta’ brama.

Is-sit MaltaWeather.com joħroġ mappa ta’ ħafna bajjiet lokali, fejn jimmarka liema minn dawn huma fost l-aktar sikuri mill-bram f’jum partikolari.

Il-bajjiet l-aktar sikuri għal-lum u li fuq il-mappa kienu mmarkati bl-aħdar huma:

  • Il-bajja tal-Għadira, il-Mellieħa
  • Il-bajja tal-Mistra
  • Il-bajja tax-Xemxija
  • Il-Bajja San Ġorġ
  • Ix-xatt ta’ San Ġiljan
  • Marsaskala
  • Il-Bajja San Tumas
  • Il-Ħofriet
  • St Peter’s Pool
  • Il-Kalanka
  • Pretty Bay, Birżebbuġa
  • Ħondoq ir-Rummien, Għawdex

Intant, skont l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-ogħla temperatura għal-lum se tkun dik ta’ 30 grad Celcius, filwaqt li l-inqas se tinżel għal 22 grad Celsius. L-indiċi UV għal lum se tkun dik ta’ 10. It-temperatura tal-baħar hija dik ta’ 24 grad Celsius.

Filwaqt li t-temp se jkun ftit imsaħħab matul il-jum, ir-riħ se jgħaddi minn moderat għal ftit qawwi. Il-baħar ukoll se jkun moderat, b’imbatt baxx mill-Punent Majjistru.