Fejn għandek tmur jekk tħobb il-mużika u l-bolol

Jekk tkun Għawdex sa Settembru, u għandek għal qalbek il-mużika u l-filatelija, żgur ma tistax ma tasalx wasla sal-mużew Il-Ħaġar, fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat.
F’livell -1 tal-mużew, is-Soċjetà Filatelika f’Għawdex irranġat wirja f’vetrina, fl-okkażjoni  tal-20 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival.
Il-wirja tinkludi għażla ta’ bolli Maltin, bit-tema tal-mużika, kif ukoll bolla se-tenant maħruġa mill-MaltaPost bħala tifkira.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mid-9am sal-5pm, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Dħul b’xejn.