Federica Falzon u Vincenzo Carni mill-ġdid bl-unuri

Federica Falzon u Vincenzo Carni ikklassifikaw fit-tieni post fl-edizzjoni tal-Coppa dei Campioni fil-programm Ti Lascio una Canzone.
Wara li l-ġimgħa l-oħra rebħu l-finali tas-seba' edizzjoni tal-programm, din il-ġimgħa kkompetew mal-finalisti tal-edizzjonijiet passati kollha tal-programm. 
Bil-kanzunetta Caruso id-duo liriku rnexxielu jikseb it-tieni post li hu prestiġjuż ħafna. Il-ġurija u l-vot tal-poplu reġa' apprezza l-ħiliet tal-koppja li tant paxxiet miljuni tul dawn il-ġimgħat mindu beda l-programm fil-bidu ta' Frar.
Wara din l-esperjenza issa Federica tistenna b'ħerqa li tkanta mat-tenur Malti Joseph Calleja fil-kunċert li se jagħti fis-sajf f'Malta u wara li tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision 2014.