Filmat: Federica Falzon tirbaħ ħamsa minn għaxar programmi ta’ Ti Lascio una Canzone

Bil-kanzunetta Io ti daro di più il-kantanta Federica Falzon u l-vuċi soprano tagħha llejla reġgħu spikkaw waqt il-programm Ti Lascio una Canzone.
Dan ta' llejla kien l-għaxar programm mindu bdiet is-sensiela fit-2 ta' Frar. B'kollox il-koppja Falzon-Carni rebħet ħamsa minn għaxar programmi, in-nofs tal-programmi.
Issa jmiss li s-Sibt li ġej il-koppja taffronta s-serata finali.
Wara imbagħad il-programm jagħlaq bis-serata imsejħa Coppe delle Coppe li matulha kantanti li fil-passat ħadu sehem waqt il-programm jerġgħu jipprovaw juru ħilithom quddiem it-30 miljun telespettatur li jsegwu l-programm.