Federica Falzon terġa’ toħroġ bl-unuri

 
Għal darba oħra Federica Falzon flimkien mas-sieħeb tal-kant tagħha Vincenzo Carni reġgħet rebħet l-edizzjoni ta' llejla tal-programm Ti Lascio una Canzone fuq l-istazzjon nazzjonali Taljan.
 
Illejla d-duo kanta l-kanzunetta Il Mondo. Bħalma ġara fid-drabi l-oħra li Federica ħadet sehem fil-programm, l-interpretazzjoni tagħha ntlaqgħat tajjeb ħafna sew mill-ġurija u anke mill-poplu li vvota permezz tat-televoting. Kif ġara fid-drabi l-oħra, il-membri tal-ġurija faħħru l-kapaċita taż-żewġ adolexxenti u anke għamlulhom ħafna kuraġġ b'kummenti pożittivi li għaddewlhom. It-tfajla Maltija minn Ħal Safi issa terġa' tkanta fil-programm fil-ġimgħat li ġejjin.
 
Federica hija membru ta' La Voix, taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard.