Aġġornata: Federica Falzon mill-ġdid f’Ti Lascio una Canzone

00.00: Il-kanzunetta li kantat fiha Federica Falzon illejla ma rebħitx il-programm Ti Lascio una Canzone. Pero' għal darba oħra llejla kompliet tispikka l-vuċi soprano ta' Federica u l-ħiliet ta' din it-tfajla ta' ħdax -il sena. Din il-ġimgħa rajniha tipprometti ukoll fi grupp. Fil-ġimgħat li ġejjin Federica tkompli tikkompeti waqt dan il-programm fuq l-istazzjoni nazzjonali Taljan. 

Aktar kmieni: Bħalissa għaddej il-programm Ti Lascio una Canzone.  Newsbook.com.mt permezz ta' kuntatt dirett ma' Ruma jinsab infurmat li llejla t-tfajla Maltija Federica Falzon se tkanta bħala mistiedna flimkien ma' Cecilia Gasdia.  Flimkien se jkantaw parti mill-opra Carmen.  Aktar tard tul il-programm imbagħad Federica se tikkompeti ukoll b'differenza. Illejla se tkanta l-kanzunetta Italia ta' Mino Reitano flimkien mal-parteċipanti kollha l-oħra.

Meta llejla ftit qabel il-programm tkellmet ma' Newsbook.com.mt Federica qalet li tħossha kuntenta li qed tgħix din l-esperjenza u sodisfatta bl-unuri li rnexxilha tikseb s'issa għaliha, għal La Voix Academy u għal Malta. Irringrazzjat lill-poplu Malti li qed isegwiha bi ħġaru u jagħmlilha ħafna kuraġġ.