Federer u Djokovic jagħmluha għar-rawnd li jmiss tal-US Open

Roger Federer irnexxielu jirbaħ lil Sumit Nagal fil-logħba mill-ewwel rawnd tal-US Open. L-Iżvizzeru li għandu 38 sena u li qed jissielet biex jirbaħ is-sitt titlu fi New York, tiled l-ewwel set iżda rnexxielu jirkupra għall-bqija tal-logħba u rebaħ 4-6 6-1 6-2 6-4.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, in-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic irnexxielu jgħaddi għar-rawnd li jmiss wara li rebaħ is-sets kollha kontra l-Ispanjol Roberto Carballes Baena. Is-Serbjan beda din il-kompetizzjoni bil-għan li jiddefendi t-tilu b’rebħa ta’ 6-4 6-1 6-4. Djokovic li għandu 32 sena irnexxielu jasal sal-finali tal-US Openn fl-aħħar tliet darbiet li ħa sehem fiha.