Federer jitlef u jinqala’ mill-US Open

Ir-rebbieħ għal ħames darbiet tal-US Open Roger Federer ġie eliminat wara li Grigor Dimitrov rebaħ il-logħba. Federer li għandu 38 sena kien rebaħ is-seba’ logħbiet li kellu kontra Dimitrov, iżda spiċċa biex tilef din il-logħba 3-6 6-4 3-6 6-4 6-2.

Federer li kellhu bżonn l-assistenza medika wara li weġġa’ dahru aktar kmieni fil-kompetizzjoni. Hu qal li waqt li kien qed jilgħab kontra Dimitrov, xorta ħass dahru jiġbed iżda kien tajjeb biżżejjed biex jilgħab.

Dimitrov li għandu 28 sena se jkun qed jikkompeti kontra r-Russu Daniil Medvedev.