Federer jagħmilha għall-kwarti tal-finali fl-Awstralja

Ir-rebbieħ għal sitt darbiet tal-Australian Open, Roger Federer irnexxielu jagħmilha għall-kwarti tal-finali f’Melbourne wara li rebaħ kontra Marton Fucsovics.

L-Isvizzeru ta’ 38 sena rebaħ lill-Ungeriż bl-iskor ta’ 4-6 6-1 6-2 6-2. Issa se jkun qed jilgħab kontra l-Amerikan Tennys Sandgren fl-aħħar tmienja.  

Hu rebaħ il-logħba fit-tielet match point.

Federer issielet għal aktar minn erba’ sigħat u għal bosta ħinijiet deher mhux ċert mill-kundizzjonijiet tar-riħ li kien hemm f’Rod Laver Arena.

Madankollu Federer sab reġa’ sab saqajh u ħareġ aħjar fl-aħħar żewġ settijiet. B’hekk hu se jkun qed jikkompeti fil-kwarti tal-finali.