Filmat: Fearne se jitfa’ n-nomina

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li se jkun qed jitfa’ n-nomina għall-mexxej tal-Partit Laburista:

“Robert Abela kien qed joġġezzjona għal Ian Borg”

Skont is-sit tal-aħbarijiet Malta Today, Robert Abela kien qed joġġezzjona għal Ian Borg minħabba li dan tal-aħħar kien qrib wisq ta’ Keith Schembri. Newsbook.com.mt kien ħabbar li Keith Schembri kien fil-fatt qed imexxi l-kampanja ta’ Ian Borg għal mexxej tal-Partit Laburista. Sorsi qrib il-PL qalu lil Newsbook.com.mt li mhux eskluż li r-rivalità bejn Borg u Abela għandha l-għeruq tagħha f’deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tibni uffiċċju legali fi ħdan l-Awtorità u b’hekk jinqala’ l-barra l-uffiċċju legali ta’ Robert Abela li kien jagħmel xogħol ta’ eluf ta’ ewro għall-Awtorità. L-Awtorità tal-Ippjanar tibqa’ fir-responsabbiltà politika ta’ Ian Borg.

Anke l-Eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, stqarr fuq Facebook li se jkun qed jappoġġja lil Fearne.