Fearne jwiegħed żieda fiċ-children’s allowance

Miguela Xuereb

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista, Chris Fearne, wiegħed li jekk jiġi elett hu, irid jaħdem sabiex ikun hemm żieda fiċ-children’s allowance.

Waqt li kien qed jindirizza attività taħt it-tinda fil-Ħamrun bħala parti mill-kampanja tat-tmexxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif beħsiebu jaħdem fuq din il-proposta biex il-familji bi tfal żgħar ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. 

Fearne qal li s-sena d-dieħla l-Gvern se jkun f’pożizzjoni li jgħolli ċ-children’s allowance sa €100 aktar fis-sena. 41,000 tifel u tifla se jibbenefikaw minn din il-miżura jekk titwettaq. Huwa stqarr li din il-miżura jemmen fiha għax jemmen fil-ġustizzja soċjali.