Fearne jiċħad li ċiklista miet minħabba dewmien tal-ambulanza

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ċaħad li ċiklista Malti miet f’Għawdex minħabba li ttardjat l-ambulanza.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Stellini li staqsa dwar x’ser jsir dwar “ir-rispons miżeru tal-ambulanzi” lejn il-lokalità tal-Gharb u l-Qala biex jiċi evitat inċident simili ta’ dak li ġara fil-11 ta’ Frar 2017 fil-belvedere tal-Qala fejn ċiklista Malti ta’ 45 sena miet b’attakk tal-qalb fuq il-post wara li dam jistenna ambulanza għal 32 minuta.
Il-Ministru ddikjara li l-ambulanza waslet fuq il-post f’temp ta’ 15-il minuta u ċ-ċiklista ittieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’inqas minn nofs siegħa li saret it-telefonata.
Huwa kompla jgħid li li fl-aħħar sena sar titjib fil-vetturi tal-ambulanzi t’Għawdex fejn inkrew tliet ambulanzi ġodda sakemm jaslu t-tlieta l-ġodda li ġew ordnati għall-Isptar ta’ Għawdex.