Fearne f’Liverpool għall-konferenza tal-Partit Laburista Ingliż

Delegazzjoni tal-Partit Laburista, immexxija mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, se tattendi konferenza ġenerali tal-Partit Laburista Ingliż f’Liverpool.

Din il-konferenza ġenerali għandha tiddiskuti l-futur tar-Renju Unit f’dan iż-żmien ta’ qsim fil-pajjiż minħabba l-Brexit.

Il-Ministru Fearne qal li l-Partit Laburista Malti dejjem kellu relazzjoni b’saħħitha ma’ dak Ingliż, u din iż-żjara se sservi ta’ opportunità biex tiġi diskussa din ir-relazzjoni fid-dawl tal-Brexit.

Mal-Ministru Fearne f’Liverpool, hemm is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela u s-Segretarju Internazzjonali Marc Vella Bonnici.