​Fearne f’laqgħat ma’ Steward f’Boston

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qiegħed Boston fl-Istati Uniti għal numru ta’ laqgħat mat-tmexxija ta’ Steward Healthcare.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li Fearne kellu żjara mas-Segretarja għas-Saħħa u Servizzi Umani tal-Istat ta’ Massachusetts, Marylou Sudders, f’Boston.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Skont il-Ministeru, “Marylou Sudders tmexxi l-akbar aġenzija eżekuttiva tal-Gvern statali b’baġit ta’ $22 biljun, u hija inkarigata bit-tmexxija ta’ 12-il aġenzija li bejniethom iħaddmu 22,000 ħaddiema taċ-ċivil.”

https://platform.twitter.com/widgets.js

Ritratt: ​ODPM & MFH