Filmat: “Coronavirus – Eventwalment se jasal Malta”

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-coronavirus “eventwalment se jasal Malta”.

Meta kien qed jitkellem fuq il-programm Xarabank, Fearne qal “Malta hi parti mid-dinja, Malta mhix differenti.”

“Hemm possibilità, ma nistax ngħid se jiġri llejla jew se jiġri għada jew xahar ieħor. Dan il-virus ħa jdur id-dinja. Malta hi parti mid-dinja, ma narax li m’hemmx possibilità li se jasal Malta ukoll. Mhux se ngħid li żgur mhux se jasal Malta,” hu stqarr.

“Dan kulma trid hu li jkun hemm xi ħadd li jiġi fl-ajruplan. Biex ma jidħol Malta rridu ngħidu li ħadd ma jista’ jivvjaġġa lejn Malta,” hu spjega.

“Però aħna għandna l-preparamenti kollha biex nżommuh milli jasal Malta u jekk jasal x’se nagħmlu ukoll,” hu qal.

Fearne spjega li hemm żewġ xenarji li l-virus idur id-dinja bħall-influwenza jew li jibqa’ iżolat f’post wieħed bħas-SARS.

“S’issa mill-indikazzjonijiet li għandna huma li se jinfirex. ” Fearne qal.

Huwa qal li s’issa 98% tal-persuni nfettati bil-coronavirus fiequ.

Il-Ministru qal li Malta hi marbuta li tgħid mill-ewwel meta jfeġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta.