F’Diċembru 41 illegalità f’31 żona għall-insib – BirdLife Malta

F’għaxart ijiem, BirdLife Malta stqarret li sabet 41 illegalità f’31 żona apposta għall-insib. Dawn l-illegalitajiet ġew irrappurtati tul ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra mill-membri u l-voluntiera ta’ BirdLife Malta.

Fosthom kienu rrapurtati li nstemgħu xi makkinarju elettroniku li jsejjaħ lill-għasafar, kaċċaturi li kienu qed jużaw xbiek b’qisien mhux awtorizzat kif ukoll indunaw b’inċidenti ta’ insib fuq il-Venewwa u l-Isponsun.