Fdalijiet ta’ katavru jinstabu ġo bagalja f’San Francisco

Pulizija Amerikani qatt ma basru li bagalja tal-passiġġieri tista’ tintuża bħala tebut.
Wara telefonata anonima, fl-ajruport ta’ San Francisco, il-pulizija fetħu bagalja suspettuża u fiha nstabu fdalijiet ta’ katavru. 
Skont it-tabib li għamel l-awtopsja, il-fdalijiet huma ta’ bniedem iżda għadha mhix magħrufa ir-razza, is-sess u l-età tal-mejjet. 
Permezz tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija bħalissa qed tfittex is-suspettat li ħalla fl-ajruport il-bagalja-tebut.