FCM Bank magħżul l-aqwa mill-Global Finance Magazine

FCM Bank riċentament ntagħżel mill-Global Finance Magazine bħala l-aqwa bank għas-suq żviluppat f’Malta.
L-għażla saret mill-edituri tal-Global Finance wara konsultazzjoni mifruxa fost persuni f’karigi eżekuttivi, bankiera u analisti madwar id-dinja kollha.
Id-Direttur Editorjali ta’ Global Finance, Joseph Giarraputo, qal li l-banek li Global Finance tonora jistgħu ma jkunux l-ikbar jew l-iktar li ilhom joperaw. Żied li huma pero l-aqwa f’dak li hu ffukar tal-prodott u offerti lis-suq speċifiku li jimmiraw għalih.
Giarraputo temm jgħid li dawn il-banek irnexxielhom jibqgħu għaddejjin fil-kundizzjonijiet ta’ volatilità fl-aħħar snin, u għandhom jipprogressaw waqt li jieħdu vantaġġ mill-kundizzjonijiet globali.
Il-Kap Operattiv tal-FCM Bank, Vincent Ma, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-unur li qal li jirrikonoxxi l-istorja ta’ suċċess  tal-Bank f’dak li hu ffukar fil-pariri li jingħataw il-klijenti tal-Bank.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.