FCM Bank jisponsorja 12-il siġra indiġena

Bħala parti mill-kampanja kontinwa ta’ responsabbiltà soċjali, impjegati tal-FCM Bank organizzaw attività li matulha ħawlu siġar f’Ħad-Dingli b’kollaborazzjoni ma’ Tree 4U Campaign.
Tnax-il siġra indiġena kienu sponsorjati u tħawlu mill-impjegati tal-Bank fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Żafrana, fil-passaġġ storiku.
Il-Kampanja Tree 4U tagħti l-opportunità lill-individwi, NGOs u kumpaniji sabiex iħawlu siġar indiġeni f’żoni t’afforestazzjoni madwar il-gżejjer Maltin.