F’Birkirkara l-akbar għadd ta’ ħwienet f’Malta

Read in English.

Sa sentejn ilu, Birkirkara u l-Belt Valletta kienu l-aktar żewġ lokalitajiet li fihom hemm ħwienet.

Statistika li ġiet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, tindika li Birkirkara kien fl-ewwel post fejn jidħlu l-ammont ta’ ħwienet– b’633 fl-2016.

Wara Birkirkara, hemm il-Belt Valletta li b’kollox kellha 601 ħanut. Fit-tielet post, hemm Tas-Sliema b’533 ħanut u warajha l-Ħamrun b’442.

Fi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija mressqa mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, il-Ministru Cardona qal li dik tal-2016 hija l-aktar statistika riċenti. Spjega li dan huwa minħabba l-fatt li mill-2017 lil hawn, ma kienx hemm iktar ħtieġa ta’ liċenzja għall-ħwienet.