F’battalja kontra t-traffikanti – Mizzi; 49 persuna għadhom bejn sema u ilma

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li Malta u l-Italja għandhom battalja komuni kontra t-traffikanti tal-bnedmin.

Mistoqsi mis-sit FirenzeViola, Dr Mizzi stqarr li huwa importanti ħafna li Malta u l-Italja jkomplu jikkomunikaw u jagħmlu pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex pajjiżi oħra jgħinuhom fil-piż  u jieħdu xi immigranti huma wkoll.

Irrefera għat-traffikar tal-bnedmin bħala esplojtazzjoni tad-dgħufija tal-bniedem b’ħafna sofferenza għal dawn il-persuna.

Intant, illum waranofsinhar numru ta’ NGOs ippreżentaw messaġġ lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar 49 immigrant li ilhom 18-il jum bejn sema u ilma. Quddiem Kastilja, l-NGOs sostnew li wasal iż-żmien li jiġi deċiż x’inhu importanti, hux li wieħed jirbaħ punti politiċi jew li jiġu salvati l-ħajjiet.

Fuq Twitter dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li l-immigranti fil-baħar għandhom jingħataw kenn.

Il-migranti fil-baħar għandhom jingħataw kenn – Delia

 Bħalissa qed iddur petizzjoni onlajn sabiex in-nies li jinsabu bejn sema u ilma abbord il-bastiment Sea-Watch 3 jitħallew jidħlu f’port.

Petizzjoni għan-nies bejn sema u ilma; illum it-18-il jum