F’Bankok: jisparaw l-ilma biex jiġġieldu kontra t-tniġġiż fl-arja

Il-Kapitali Tajlandiża sparat kanuni tal-ilma fl-arja sħuna tropikali filwaqt li l-awtoritajiet qassmu l-maskli lin-nies, bit-tir li jiġġieldu kontra t-tniġġiż tal-arja. Skont il-Gvernatur ta’ Bankok, il-livell ta’ partiċelli perikolużi tat-trab fl-arja, magħrufa bħala PM 2.5 qabeż il-livell sikur fi 30 minn 50 distrett ta’ Bangkok għal dawn l-aħħar jiem.

PM 2.5 huwa taħlita ta’ qtar ta’ likwidi u partiċelli solidi li jistgħu jinkludu trab, nugrufun u duħħan. Dan huwa wieħed mill-aktar tip ta’ tniġġiż ewlieni li hu inkluż fil-kejl tal-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja f’Bankok.