Fażola ħadra għal mal-laħam u l-ħut

Fazola hadra

Ingredjenti  

5 mgħaref żejt taż-żebbuġa

mgħarfa ħall aħmar

3 mgħaref French mustard

basla ħamra, imqattgħa rqiqa

sinna tewm, misħuqa

800g fażola ħadra

melħ u bżar

Metodu

Aħsel il-fażola u aqtgħalha t-truf.

Poġġi borma bl-ilma bil-melħ fuq in-nar. Meta jagħli żid il-fażola u sajjarha għal 5 minuti.

Saffi sew, poġġi l-fażola fi skutella tal-insalata u żomm fis-sħana.

Ħallat flimkien il-ħall, iż-żejt, it-tewm u l-mustarda. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u ferragħ  t-taħlita fuq il-fażola.

Żid il-basla, agħti taħwida lill-insalata u servi sħuna.