Fażi oħra tal-ħajja tal-bniedem

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sensilhena li jixxandar fuq TVM 2 fit-8.15pm, Christine Delicata se titkellem dwar l-anzjani. Suġġett li jkompli jesplora fażi oħra tal-ħajja tal-bniedem. Dan wara li matul din is-sensiela hija ħarset lejn il-ħajja u l-għajxien tal-bniedem minn qabel it-twelid, fit-twelid, waqt li jkun qed jikber u issa anke fl-aħħar fażi tal-ħajja tiegħu. X’għandu l-aktar bżonn l-anzjan? Il-familja kif tista’ tgħin biex dan jgħix ħajja komda, wara li jkun ta’ ħajtu għall-istess familja? Kemm għandhom bżonn imħabba? Trevor Zahra u Fr. Frankie Cini mssp  li jaħdmu ma’ dawn l-anzjani se jkunu mistiedna b’mod virtwali f’dan il-programm.

L-Istoriku tal-Arti Hilary Spiteri se jitkellem dwar kwadru interessanti ta’ Antoine de Favray waqt li Fr Rene Camilleri se jagħtina l-aħħar kumment dwar dak li jgħallem il-Papa Franġisku dwar l-anzjani.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Sensilhena jixxandar l-Erbgħa 17 ta’ Ġunju fit-8.15pm b’repetizzjoni s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fid-9.00am fuq TVM2