Fażi ġdida fil-vjaġġ ta’ Valletta 2018

Fondazzjoni Valletta 2018 illum nediet fażi ġdida fil-vjaġġ tagħha permezz ta’ identità korporattiva ġdida. Fost oħrajn, ingħatat marka uffiċjali ġdida u l-websajt ġiet iddisinjata mill-ġdid.
Dan l-iżvilupp fil-Fondazzjoni Valletta 2018 jixħet dawl fuq it-transizzjoni li minn Belt kandidata għat-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura qed twassal għall-iżvilupp ta’ Programm Kulturali.
Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Jason Micallef qal li l-Belt Valletta hi tassew Belt unika li qed tinbidel quddiem għajnejna u li dan jista’ jinħass fis-settur kulturali permezz ta’ investiment infrastrutturali u żvilupp tal-kapaċità.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Karsten Xuereb stieden lill-parteċipanti kollha biex isaħħu l-isforzi tagħhom fit-triq lejn l-2018. Qal li l-Programm Kulturali hu mibni fuq erba’ temi: Ġenerazzjonijiet, Rotot, Bliet u Gżejjer.
Flimkien mal-Programm Kulturali, il-Fondazzjoni qed tiżviluppa programm ta’ riċerka u evalwazzjoni relatat direttament mal-kultura, li hu konsistenti u aċċessibli.