Fatra f’Għar Dalam

Heritage Malta se torganizza attività “Kolazzjon f’Għar Dalam”,  fejn se tiġi servuta l-fatra, segwitabi żjara ma’ gwida dwar is-sejbiet arkeoloġiċi, storiċi u naturali fil-wied ta’ Għar Dalam. 
Din l-attività se tiġi organizzata nhar il-Ħadd li ġej fit-8.00am. 
Matul iż-żjara, mal-gwida, wieħed se jkun jista’ jżur l-għar, li, minħabba l-preżenza tal-ispeċi endemika tal-ħanżir l-art li jabita fil-ġewwa tal-għar, jifforma parti minn Natura 2000. Żewġ swali, waħda fuq stil Vittorjan, u sala oħra fuq l-evoluzzjoni u s-sejba tal-Għar se jkunu parti miż-żjara ukoll. 
Wara ż-żjara, wieħed jista’ jżur ġiebja maqtugħa fil-blat u l-fdalijiet ta’ Villa Rumana u kif ukoll Casa Ippolito, razzett tas-seklu 17 f’Wied Ħas-Saptan. 
Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jiksbu biljett minn siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta jew onlajn bi prezz ta’ €15 għall-adulti, €13 għall-anzjani u studenti, €11 għall-membri ta’ Heritage Malta u €10 għat-tfal.  Min jattendi hu mitlub jilbes żarbun adattat għall-mixi.