Fast Ferry: “Qed iġġib elf skuża biex ma jsirx malajr” – Chris Said

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-Ministru qed iġġib elf skuża biex il-proġett tal-fast ferry ma jsirx malajr.
Dwar il-Gozo Channel, Said qal li li l-Gvern wara li wiegħed ir-raba` vapur issa il-Ministru Justyne Caruana qed iġib elf skuża għalfejn dan ma jistax jiġi introdott fi żmien qasir.
Huwa qal li l-kaos li qed jirrenja fil-Gozo Channel hu dovut propju għall-ammont kbira ta’ trakkijiet li jridu jaqsmu bilfors miċ-Ċirkewwa meta sa Jannar 2016 kienu jaqsmu ta’ kuljum minn Sa Maison.

Said b'appell biex il-Gvern jiskatta d-dikjarazzjoni ta' regjonalità fuq Għawdex 
Waqt il-ħin tal-aġġornament, id-Deputat Nazzjonalista Chris Said appella lill-Gvern biex jiskatta dak li hemm fid-dikjarazzjoni dwar Għawdex fit-trattat ta` sħubija ta` Maltija fl-UE. Spjega li dan għandu jsir biex il-gżira tingħata protezzjoni wara li qal li huwa evidenti li Malta mhux ser tibqa` tikkwalifika għall-akbar ammont ta’ fondi possibbli.
Huwa qal li din id dikjarazzjoni importanti li tirrikonoxxi r-regjonalità ta’ Għawdex u i l-insularità doppja u l-ghajnuna li tista’ tingħata biex din tingħeleb.
Il-Prim Ministru ħasel idejn u farfar fuq materja daqstant importanti waqt li l-Ministru Helena Dalli kkonfermat li l-Gvern għadu ma skattax dan il-mekkanizmu.
Fl-istess ħin il-Ministru kkonfermat ukoll li sas-sena 2020 mhu ser jintefaq l-ebda centezmu fuq toroq f’ Ghawdex mill-Programm ta’ Fondi Ewropej 2014-2020.