Farsons timporta żewġ birer bla glutina

Farsons għadha kif ġabet f’Malta għażla ta’ birer bla glutina tal-birrerija Bellfield, liema birer huma tajbin ukoll għall-veġetarjani u l-vegani.
Din il-birrerija twaqqfet bil-għan li tipproduċi birra mingħajr glutina b’togħma tajba.
L-għażla tal-birer Bellfield jinkludu l-Bohemian Pilsner u l-Lawless Village IPA.
Il-Bohemian Pilsner għadha kemm ingħatat Premju tad-Deheb għall-aqwa birra fil-FreeFrom Food Awards 2017 fl-Ingilterra, u l-birra Lawless Village kisbet il-Bronż.
Dawn iż-żewġ birer jinsabu f’numru ta’ ħwienet, inkluż għand Farsonsdirect l-Imrieħel, u se jkunu wkoll fil-Farsons Beer Festival li se jsir bejn it-28 ta’ Lulju u s-6 ta’ Awwissu fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Il-birer Bellfield huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company u jistgħu jinxtraw minn fuq mis-sit www.farsonsdirect.com.