Farsons jiffoka fuq l-isfidi u l-opportunitajiet fl-iżvilupp internazzjonali

Il-Grupp Frasons laqqa’ lid-diretturi u t-tim maniġerjali tiegħu għal business breakfast li ffoka fuq l-isfidi u l-opportunitajiet fl-iżvilupp internazzjonali.
Ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-IGD, Joanne Denney-Finch, id-diskussjoni kienet dwar il-fattur tal-bidla globali, l-impatt fuq il-konsumatur u bejjiegħa tal-imnut, u r-riċetta għas-suċċess.
L-IGD hi għaqda dwar ir-riċerka u taħriġ ibbażata fir-Renju Unit, li tipprovdi tmexxija lill-industrija tal-ikel u tal-konsumatur.
Din hija t-tielet darba li dan l-avveniment kien organizzat mill-Grupp bil-għan li jagħti lill-parteċipanti l-opportunità li joħorġu mir-rutina tax-xogħol tagħhom u jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tas-suq internazzjonali fuq il-post tax-xogħol, bl-għajnuna ta’ kelliema rispettati.
Il-business breakfast infetaħ miċ-Chairman tal-Grupp Farsons, Louis A. Farrugia, li kkummenta dwar l-importanza li wieħed jiffoka u jaħdem lejn futur bil-għan li jsir aktar tkabbir li jintlaħaq permezz ta’ strateġiji ta’ innovazzjoni u esportazzjoni.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt