Farsons b’sit elettroniku ddedikat għall-birer klassiċi

Il-Birrerija Farsons nediet sit elettroniku bil-għan li tagħti aktar informazzjoni dwar il-firxa ta’ birer speċjalizzati, speciality ales, li kienu varati fis-suq dan l-aħħar.
Is-sit jinkludi wkoll mappa interattiva li turi l-istabbilimenti li jservu l-verżjoni draught tal-birra ikonika Blue Label Smooth and Creamy f’Malta u Għawdex kif ukoll numru ta’ riċetti li jmorru mal-istess birer.
Il-firxa Farsons Classic Brews tinkludi l-Blue Label Original Amber Ale, id-Double Red Strong Ale, u l-India Pale Ale.
Id-Double Red Strong Ale u l-Blue Label Amber Ale kisbu midalji tad-deheb u l-fidda, rispettivament, fl-aħħar edizzjoni tal-Brussels Beer Challenge li ttellgħet f’Novembru li għadda.
Il-Farsons Classic Brews huma birer tal-Birrerija Farsons.