“Farrugia tippreżenta emendi fil-liġi tal-ippjanar f’isem l-AD”

Alternattiva Demokratika qalet li l-Membru Parlamentari indipendenti, Marlene Farrugia, ippreżentat emendi għal-liġi dwar l-ippjanar f’isem Alternattiva Demokratika.
Il-Professur Arnold Cassola qal li b'hekk Farrugia qed twettaq dak li qalet li se tagħmel, jiġifieri li tkun leħen il-poplu fil-Parlament.
Kompla jgħid li l-poplu jinkludi dawk il-5,500 votant li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lil Alternattiva Demokratika u li mhumiex rappreżentati miż-żewġ partiti ewlenin.
Marlene Farrugia rriżenjat mill-Partit Laburista ġimgħa ilu wara nuqqas ta’ qbil dwar il-Liġi għall-Ħarsien tal-Ambjent diskussa fil-Parlament f’dawk il-jiem.