‘Farrugia Sacco la nstab ħati u qas kien akkużat b’tixħim’ – IOC

Il-Kumitat Internazzjonali tal-logħob Olimpiku, qal li ma sabx lil imħallef Lino Farrugia Sacco ħati ta’ akkużi ta’ tixħim fil-bejgħ ta’ biljetti tal-Olimpjadi.

Dan wara li l-Prim Ministru kien preżenta mozzjoni ta’ impeachment biex Farrugia Sacco jirriżenja minn imħallef.

Fi stqarrija, id-Direttur Ġenerali u l-President tal-Kumitat Internazzjonali qalu li l-kumitat qatt ma akkużah b’tixħim, u li bl-ebda mod ma ċċensura jew ħa passi dixxiplinari fil-konfront tal-imħallef.