Farage se jibdel il-Brexit Party għal moviment kontra l-lockdown

Photo - Gage Skidmore

Read in English.

Nigel Farage, li mexxa l-Partit ta’ kontra l-Brexit, se jerġa’ jniedi l-grupp bħala partit ta’ kontra l-lockdown bl-isem ta’ Reform UK, bl-għan li jiġġieled il-miżuri ta’ kontra l-coronavirus imposti mill-Gvern ta’ Boris Johnson.

Il-partit il-ġdid se jiddefendi politika ta’ ħarsien mill-coronavirus iffukata biss fuq l-aktar persuni vulnerabbli, filwaqt li jrid li l-bqija tal-popolazzjoni tiżviluppa l-immunità tal-massa, sostnew Farage u ċ-Chairman Richard Tice f’artiklu li kitbu fit-Telegraph.

Il-Partit issottometta d-dokumenti meħtieġa biex jibdel l-isem lill-Kummissjoni Elettorali.

Il-Brexit Party kien twaqqaf kmieni fl-2019 minn Farage, wara snin ta’ kampanja kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u kellu rwol importanti biex il-pajjiż mar għal referendum fl-2016 u eventawlment iddeċieda li jitlaq mill-istess Unjoni.

“Aħna qed nuru l-kuraġġ li niġġieldu l-ħsieb tal-maġġoranza u ta’ dawn li għandhom interessi oħra b’rabta mal-Covd. Iżda hemm bosta oqsma tal-ħajja pubblika li jistgħu jitjiebu biex in-nies komuni jkunu jistgħu jibbenefikaw. Għalhekk se naħdmu favur Riforma”, kitbu Farage u Rice.

“Irridu nkunu magħrufa bħala l-partit tar-Riforma. Għalhekk l-isem jirrifletti din l-ambizzjoni: Reform UK”.

Is-Sibt li għadda l-Prim Ministru Johnson ordna l-Ingilterra lura f’lockdown wara li r-Renju Unit laħqet il-miljun każ ta’ COVID-19 u t-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet qed thedded li tpoġġi lis-servizz tas-saħħa f’punt li ma jlaħħaqx aktar. 

Aktar minn hekk, il-pajjiż ra l-ħames l-akbar numru ta’ mwiet wara l-Istati Uniti, il-Brażil, l-Indja u l-Messiku.