Francesco Totti jirriżenja minn ma’ Roma wara  30 sena

Francesco Totti qal li wara 30 sena se jirriżenja minn ma’ Roma. Ir-rebbieħ tal-World Cup għamel il-karriera kollha tiegħu ma’ Roma u rtira bħala plejer f’Lulju tal-2017. Ir-relazzjoni tiegħu mal-President James Pallotta kien ġie rrapurtat li beda jiddeterjora. Iżda l-ġimgħa l-oħra, l-Amerikan qal li offra lil Torri l-irwol ta’ direttur tekniku.

Roma spiċċaw il-kampjonat fis-sitt post l-istaġun li għadda u b’hekk lanqas biss ikkwalifikaw biex jilagħbu fiċ-Champions League. Totti qal li rriżenja mill-eżekuttiv waqt konferenza tal-aħbarijiet li damet aktar minn siegħa. Hu qal li kien jispera li din il-ġurnata qatt ma tasal, iżda issa li waslet se jkollu jgħaddi minn żmien li qatt ma xtaq jgħaddi minnu.