Family Affair ikompli mil-lum

Il-programm Family Affair se jerġa’ jibda jixxandar mil-lum is-Sibt 3 ta’ Ottubru u tul din l-iskeda se jkun qed jitwassal is-Sibt u l-Ħadd fl-4.30pm. Iżda għal-lum biss, minħabba tibdil fl-iskeda ta’ Net Television b’rabta mal-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Minkejja li se jkun fuq jumejn biss, il-programm mhux se jkun nieqes mill-irkejjen popolari bħal mużika, sports, id-djarju u l-Eurovision. Il-grupp X Tend se jkun ukoll parti mill-edizzjoni l-ġdida ta’ dan il-programm u se jkun qed iwassal mużika mill-imgħoddi.

Il-programm se jkun ippreżentat minn Eileen Montesin, Christine Haber, Mark Haber flimkien maċ-ċkejkna Nina.

L-iskeda tal-ħarifa ta’ Net tibda b’mod uffiċjali t-Tnejn 5 ta’ Ottubru. Għada l-Ħadd newsbook.com.mt, bl-istess mod li l-ġimgħa l-oħra twassal tagħrif fuq l-iskedi ta’ TVM, TVM2 u One, se jkun qed iwassal atgħrif dettaljat dwar dak li hemm imħejji għal dan l-istaġun televiżiv,