Familji Niġerjani qed jiġu ospitati fin-Niġer

Eluf ta’ familji Niġerjani li qed jaħarbu mill-vjolenza mposta mill-Boko Ħaram f’pajjiżhom, intlaqgħu fil-pajjiż ġar, in-Niġer, u qed jingħataw għajnuna mill-Caritas fil-pajjiż.
Skont l-Aġenzija Fides, il-Caritas se tipprovdi ikel u għajnuna bażika oħra lil dawn il-familji u lil min qed jilqagħhom għandu.