Familji fi New York iħossu n-nuqqas ta’ GUS… l-aktar ors popolari

Fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, GUS l-ors polari li kien sar wieħed mill-uċuħ l-aktar popolari tas-‘Central Park Zoo’ fil-belt ta’ New York, ġie mraqqad, wara li veterinarju sab tumur kbir inoperabbli.

GUS twieled fiz-zoo Toledo fl-1985. Fis-sitt sena tiegħu fis-‘Central Park Zoo’ beda juri sinjali ta’ skuntentizza.  

Dawk li jieħdu ħsieb iz-zoo ħolqu programm li kien jinkludi ħabitat adatttat aħjar għal ors polari fil-belt.  Hu u s-sieħba tiegħu IDA, dehru kuntenti bhal qabel.

IDA mietet fl-2011 minn marda tal-fwied fl-eta ta’ 25 sena, u GUS deher disturbat ħafna mill-għajbien tagħha.

Wara li l-ors polari beda juri problemi biex jiekol, uffiċjali taz-zoo eżaminawh biex jaraw x’kienet il-problema, jekk hix psikoloġika jew fiżika u nstab li kellu tumur.

GUS kien l-immaġni emblematika għal ‘Central Park’ u n-nuqqas tiegħu nħass minn dawk kollha li jżuru z-zoo, fosthom familji u tfal.