Familja tfittex lir-residenza tal-anzjani fuq negliġenza

Familja qed tfittex lir-residenza San Vinċenz de Paul fuq negliġenza u trattament degradanti.
L-armla u t-tfal t’anzjan li miet fit-28 t’Awwissu li għadda fl-età ta’ 81 sena qed jitolbu kumpens għan-negliġenza u l-abbandun ta’ xi infermiera.
Jirriżulta wkoll li l-anzjan ittieħed f’sala differenti fuq insistenza tal-familjari.
Intqal li f’Ġunju meta l-anzjan ta’ 81 sena ddaħħal fir-residenza kien minsi mill-infermiera u trattat b’mod li mhux sensittiv mill-ħaddiema, tant li kawża t’hekk f’Lulju kellu jiddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva f’Mater Dei.
Fir-rikors imressaq fil-Qorti ntqal li t-tobba f’Mater Dei qalu li l-anzjan kien qed ibati minn diversi kundizzjonijiet minħabba li ma ngħatax l-attenzjoni meħtieġa fir-residenza għal tul ta' żmien.